Malta Public Transport tixtieq tavża illi se topera Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku sabiex tiffaċilita l-ivjaġġar u l-aċċessibilità ta’ dawk li se jattendu “Festa Frawli” fl-Imġarr nhar il-Ħadd 8 ta’ April 2018.MPT se topera servizzi speċjali lejn l-Imġarr permezz tar-rotta X44. Din ir-rotta se topera mill-10:00 sat-15:00 mill-Belt Valletta sal-Imġarr u mit-15:00 sas-18:00 mill-Imġarr sal-Belt Valletta.
Ser ikun hemm bus stop temporanja fi Triq il-Banjijiet Rumani fl-Imġarr.
Għall-aktar informazzjoni dwar dan is-servizz speċjali, il-klijenti jistgħu jżuru s-sit publictransport.com.mt . Il-klijenti jistgħu wkoll iniżlu t-Tallinja App għall-informazzjoni fuq liema karozza tal-linja ser tkun ser tassal f’kwalunkwe Bus Stop. Din l-app tista’ titniżżel mill-App Store jew mill-Google Play Store.