Spjega kif fl-istess waqt, b’roundabout iddisinjata aħjar, ir-residenti ta’ Santa Luċija, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid ser jivvjaġġaw minn u lejn djarhom b’inqas telf ta’ ħin u inqas riskji ta’ aċċidenti.
Borg qal li dan huwa proġett ieħor li tnedew fix-xhur li għaddew, u li ser twettaq l-aġenzija tal-infrastruttura tat-toroq li ser inwaqqfu fil-ġimgħat li ġejjin. L-investiment fir-roundabout ta’ Santa Luċija jingħaqad mal-proġett tal-Kappara, it-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun Bypass u l-proġett tal-flyovers tal-Marsa Junction biex titjieb waħda mir-rotot ewlenin li minna jivvjaġġaw għexieren ta’ eluf ta’ persuni ta’ kuljum.
Temm billi qal li ser jibqgħu jistinkaw biex jinkisbu mezzi ta’ vjaġġar aktar sostenibbli, aktar effiċjenti u aktar siguri, hekk kif jixraq lil pajjiżna.