Il-Pulizija ħarġet appell għas-sewweqa kollha li se jgħaddu minn Triq il-Kosta. Dan hekk kif kien hemm ħruġ ta’ żejt minn vettura tat-tip Jaguar u li minkejja x-xufier ngħata twissija dwar xinhu jiġri, hu ma riedx jisma’ u baqa’ jsuq.
Kien għalekk li l-Pulizija bħalissa qed tipprova ssib lis-sewwieq tal-vettura sabiex twaqqfu hekk kif dan iż-żejt jaf ikun ta’ periklu għas-sewwieqa l-oħra, b’mod partikolari għas-sewwieqa tal-muturi.
Fuq il-post bħalissa hemm membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ineħħu l-periklu.