Illum pajjiżna qed jiċċelebra Jum il-Ħelsien.
Disgħa u tletin sena ilu pajjiżna għażel li ma jibqax jiddependi mill-barrani u ltaqa’ mad-destin tiegħu.
It-triq għall-31 ta’ Marzu tal-1979 ma kinitx waħda faċli.
Ir-rieda u d-determinazzjoni tal-Gvern Malti – dak iż-żmien immexxi mill-Perit Dom Mintoff, wasslu għal ftehim importanti mal-Gvern Ingliż biex Malta ma tibqax tintuża bħala bażi militari.
Minn dakinhar beda jinkiteb kapitlu ġdid li ssawwar f’disgħa u tletin sena ta’ ħelsien. Kapitlu ta’ Malta ħielsa, indipendenti, newtrali u pont ta’ paċi fil-Mediterran.
Iċ-ċerimonji fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħelsien saru fil-jiem li għaddew minħabba l-festi marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, filwaqt li r-regatta tradizzjonali se ssir bħal-lum ġimgħa; nhar is-Sibt sebgħa t’April.