Mara ta’ 49 sena residenti l-Mellieħa li kienet passiġġiera f’karozza misjuqa minn raġel ta’ 47 mir-Rabat sofriet ġrieħi gravi wara li l-karozza li kienet fiha tilfet il-kontroll u nqalbet. L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħaxija fi Triq l-Imġarr, l-Imġarr.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi u r-raġel sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.