L-ewwel titjira diretta ta’ 17 il-siegħa u 20 minuta bejn Perth fl-Awstralja u Londra, b’tul ta’ 14,498 kilometru, li saret din il-ġimgħa, kien hemm preżenza Maltija abbord.
Hekk hu, il-pastizz umli għamilha fuq il-menu tal-’business class’ tat-titjira storika mnedija mill-kumpanija tal-ajru nazzjonali tal-Awstralja Qantas.
Il-pastizzi offruti fuq it-titjira ta’ Qantas huma pjuttost Gourmet, mimlija bil-rikotta, l-ispinaċi u l-basal, u bit-tadam u l-bżar aħmar huma prodott ta’ Kiss Kiss Pastizzi, ta’ Perth.