Gwardjan lokali ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:00 ta’ wara nofsinhar fi Triq Ħal Luqa f’Ħal Qormi meta vettura tat-tip Lexus RX misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti Ħal Qormi kellha impatt ma’ mutur tat-tip Kymco li kien qed jisntaq fl-istess direzzjoni minn gwardjan lokali ta’ 28 sena residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-gwardjan l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.