Sajjied Eġizzjan ta’ 25 sena se jinġieb Malta f’operazzjoni ta’ salvataġġ hekk kif għandu bżonn assistenza medika urġenti. Il-ġuvni ġarrab xi ġrieħi f’rasu u jinsab 88 mili nawtiċi ‘l bogħod minn Malta qrib Lampedusa.
Hu se jkun qed jinġieb Malta għall-ħabta tal-11:30 permezz ta’ ħelikopter.