Rewwixta u nirien f’għassa tal-Pulizija fl-istat ta’ Carabobo fil-Veneżwela, ħallew tmienja u sittin persuna mejta.
Jidher li n-nirien bdew meta l-priġunieri taw in-nar lis-saqqijiet fiċ-ċelel f’attentat biex jaħarbu.
Il-Pulizija użat il-gass tad-dmugħ fil-konfront tal-qraba tal-priġunieri li marru fl-Għassa hekk kif ħarġet l-aħbar.
Il-Kap Prosekutur qal li l-awtoritajiet tal-Istat għaddejjin bl-investigazzjonijiet biex jistabilixxu x’ġara eżatt f’dan l-inċident; li ħalla għexieren ta’ familji mnikkta fil-Veneżwela.