Malala Yousafzai, rebbieħa tal-Pemju Nobel tal-Paċi magħrufa għall-attiviżmu tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem, irritornat lejn il-Pakistan għall-ewwel darba minn meta sfat fil-mira ta’ Militanti Talibani.
Yosafzai, li llum għandha għoxrin sena, kienet intlaqtet minn tir f’rasha wara li kienet protagonista f’kampanja favur in-nisa fl-elfejn u tnax.
Hija mistennija tiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Pakistan.
Din iż-żjara, li d-dettalji dwarha ma ngħatawx minħabba s-sensittività tal-każ, mistennija ddum erbat ijiem.
Filmati urew liż-żagħżugħa mal-ġenituri mal-wasla tagħha fl-ajruport taħt sigurtà stretta.