Esponent ewlieni tal-għaqda Life Network, li ilha żmien twil tikkampanja kontra d-dħul tal-abort f’Malta, ġab fix-xejn l-allegazzjoinjiet bla bażi li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista dwar l-abort.
Il-kwistjoni bdiet hekk kif il-Gvern beda b’diskussjonijietet biex isaħħaħ il-liġi dwar il-vjolenza domestika li m’għandha x’taqsam xejn mal-abort.
Fl-emendi li saru fil-liġi, dak li kien magħruf bħala unborn child sar magħruf bħala dixxendent.
Minn hawn bdiet kruċjata tal-Partit Nazzjonalista, fejn minn xejn, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia pprova jagħti x’jifhem li l-Gvern irid idaħħal l-abort.
Dan wara li d-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo ħareġ jivvota kontra din il-liġi fi stadju tat-tieni qari.
Fuq programm tal-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Ramon Bonett Sladden mil-Life Network iddikjara b’mod ċar li għalih, il-kelma ‘unborn child’ u ‘dixxendent’ huma l-istess.
Intant fil-kumitat Parlamentari dwar l-abbozi ta’ ligijiet, l-Avukat Ġenerali għamilha ċara li l-liġi l-ġdida dwar il-vjolenza domestika bl-ebda mod mhi se twassal għad-dħul tal-abort f’Malta.
Fl-istess kumitat Parlamentari, il-Ministru għall-Ugwaljanza, Helena Dalli, innutat kif il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel minn kollox biex itawwal iż-żmien, biex din il-liġi ma tidħolx fis-seħħ.
Dan minħabba l-qasma li hemm fi ħdanu, fejn id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo diġà mar kontra l-ordinjiet mogħtija lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u vvota kontra.
Fl-aħħar ġimgħat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia pprova joħloq kwistjoni li ma teżisthiex dwar l-abort f’pajjiżna.
Madankollu t-tentattiv ta’ Delia falla bil-kbir, hekk kif saħansitra esponent ewlieni tal-għaqda Life Network li ilha żmien twil tikkampanja kontra l-abort, giddeb lil Delia, u ammetta li l-liġi proposta mill-Gvern dwar il-viżjoni d-domestika ma fiha ebda element li jista’ jwassal għad-dħul tal-abort f’Malta.