Kull min hu ‘l fuq minn 16-il sena jista’ jgawdi minn roħs ta’ €10 meta japplika għal passaport li jiġi pproċessat bejn Settembru u Marzu.Wieħed mill-aktar servizzi popolari li toffri Identity Malta huwa dak tal-passaporti. Fejn filwaqt li l-prezz normali hu dak ta’ €80, jekk wieħed japplika għal passaport bejn Settembru u Marzu se jkun qed iħallas €70 u b’hekk igawdi mir-roħs.