Franco Mercieca se jkun qed imexxi Kumitat fuq il-mina bejn Malta u Għawdex dan wara li aċċetta t-talba tal-Prim Ministru u tal-Ministru għat-Trasport, Ian Borg, biex jieħu f’idejh dan l-inkarigu.Qal dan il-Ministru Ian Borg meta ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jitnieda Kumitat li se jidderiġi l-iżvilupp tal-link permanenti bejn Malta u Għawdex.
Hu ħabbar ukoll li dan il-Kumitat se jkun qed jitmexxa minn Franco Mercieca, b’għaqal u b’serjetà, wara li aċċetta din il-kariga wara talba li saritlu.
Spjega li dan il-link hu wieħed mill-punti fil-manifest li fuqu l-poplu Malti u Għawdxi ta l-fiduċja tiegħu.