Investiment ta’ €2.5 miljun għal iktar taħriġ ta’ kwalità. Dan l-investiment minn Ableman Academy li ġiet imwaqqfa lura fl-2015, u li hija ċentru ta’ eċċellenza iffukata fuq taħrig fil-qasam taż-żejt.
Waqt żjara mill-Ministru Chris Cardona, intqal li b’dan l-investiment, l-akkademja ser toffri taħrig lill-istudenti b’korsijiet fejn fihom huma jiġu preparati b’mod sħiħ għal-karriera tagħhom. Dawn il-korsijiet, li bdew f’Marzu elfejn u ħmistax, ser iwasslu biex jinħolqu madwar mija u ħamsin post tax-xogħol fit-tmintax il-xahar li ġej. Ablecare, il-kumpanija li fi hdandha topera din l-akkademja, hija l-istess kumpanija li aktar kmieni din is-sena ħabbret investiment ta’ €55 miljun fis-shipbuilding tal-Marsa.
Permezz tal-investiment li għamlet l-Akkademja issa mhux biss l-istudenti ser jirċievu tagħlim fl-industrija taż-żejt u l-gas iżda anke taħriġ prattiku permezz ta’ simulatur. Dan is-simulatur jintuża mill-istudenti sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mar-realta’ ta’ dak ser ikun qed jistennihom fuq il-post tax-xogħol tagħhom il-quddiem fuq ir-rig taż-żejt. Id-direttur tal-Kumpanija Angelique Maggi spjegatilna l-importanza tas-simulatur.
Fi tmiem iż-żjara id-direttur ħabret ukoll li l-istess kumpanija s-sena li ġejja ser tinvesti f’simulatur ieħor din id-darba għal taħrig fuq crane u manutenzjoni.
https://youtu.be/kbDrInlEk9c