Fuq Facebook il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma stqarret li għaddejja b’ħidma kontinwa biex issolvi numru ta’ problemi.
Fl-ewwel stqarrija tkellmet dwar ħidma biex fil-Ħamrun u Santa Venera treġġa’ lura s-servizz tal-ilma għal dawk li spiċċaw mingħajru.
Fi stqarrija oħra ikkonfermat kif kuntrattur privat laqat main fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel, il-Marsa. Fejn għalkemm il-ħsara ssewwiet minnufih, kien għad hemm numru ta’ problemi minħabba airpockets.
Filwaqt li offriet assistenza lill-pubbliku mingħajr ħlas permezz ta’ bowsers, il-Korporazzjoni skużat ruħha għal kull invonvenjent, u fakkret li kull min jeħtieġ assistenza jista’ jagħmel dan fuq il-freephone 80076400.