Żagħżugħ ta’ 21 sena waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq bejt ta’ blokka appartamenti, meta għal xi raġuni żelaq u waqgħa.
L-inċident seħħ fi Triq id-Dalja, Santa Luċija.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
https://youtu.be/y8PDyvGES6w