Il-belt antika ta’ Malta, l-Imdina mixgħula bid-dawl ta’ lewn blu.
Dan id-dawl simboliku qed iqajjem kuxjenza dwar l-awtiżmu.
Il-Ħamis filgħaxija ċ-chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, is-Sinjura Michelle Muscat xegħlet b’dan id-dawl, is-swar tal-Imdina u anki lill-Casino Notabile fir-Rabat.F’indirizz li għamlet ftit qabel, hija appellat biex is-soċjetà tempatizza mal-familji li fihom hemm membri bl-awtiżmu.
Fil-preżenza ta’ membri tal-Assoċjazzjoni tal-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu, is-Sinjura Muscat qalet li dawn il-ġenituri għandhom diversi sfidi quddiemhom iżda dawn qed isarrfu dawn l-istess sfidi f’xogħol fejjiedi favur il-kuxjenza dwar l-awtiżmu.
Hija faħħret il-motivazzjoni tal-assoċjazzjoni li fiha hemm madwar tlett mitt familja u li qed iwasslu messaġġ pożittiv dwar l-awtiżmu.
Sadanittant tkellem ukoll il-President tal-Assoċjazzjoni tal-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu, Omar Farrugia.
Huwa tkellem fuq ix-xogħol li tagħmel l-assoċjazzjoni, fosthom l-appoġġ li tagħti lill-familji bi tfal bl-awtiżmu.
Il-jum dinji tal-awtiżmu huwa nhar it-tnejn t’April iżda minħabba l-festi tal-Għid, din iċ-ċerimonja simbolika saret qabel, biex b’hekk is-swar tal-Imdina fost l-oħrajn se jkunu mixgħula bid-dawl blu għal aktar ġranet.
Relentless initiatives by #MarigoldFoundation and @Michelle_Muscat to put #autism awareness on the national agenda #LightItUpBlue2018 pic.twitter.com/aB51wavBRf
— Chris Fearne (@chrisfearne) March 23, 2018