Għad-disa’ sena konsekuttiva, Mtarfa Drama Group bi pjaċir tippreżenta “Fil-Bidu Kien Il-Verb. Dramm oriġinali b’differenza għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, kitba ta’ Charmaine Micallef taħt id-direzzjoni ta’ John Micallef, f’kollaborazzjoni mal-kunsill lokali tal-Imtarfa.
Episodji tant importanti mill-ħajja ta’ Sidna Ġesu’ Kristu mill-ewwel snin bikrin tiegħu, tfulitu kif ukoll il-ħajja tiegħu jgħallem, ifejjaq u jaħfer id-dnubiet sakemm aktar tard il-passjoni stess għall-maħfra ta’ dnubietna. Niltaqgħu ukoll ma Mattija li mill-bidu nett kien preżenti fil-ħajja ta’ Ġesu’.
Jasal Mattija li jagħraf li dik it-tarbija hija Ġesu’ stess li qed jiltaqa’ miegħu kontinwament?
Jasal Mattija jitfa’ it-tbatija tal-passat warajh?
Jasal jimxi wara Ġesu’ u jkun wieħed minnhom?
Dan kollu fid-dramm “Fil-Bidu kien il-Verb.”
Appuntament biex nimxu pass pass mal-ħajja ta’ Ġesu u ngħixu l-passjoni flimkien, f’ rapreżentazzjoni ħajja, kif għamel Sidna Ġesu biex jifdina.