Jekk illum toħroġ b’kalżetta mod u kalzetta mod ieħor, ħadd m’hu se jgħidlek xejn hekk kif illum hu World Down Syndrome Day. L-għan ta’ dan il-jum hu li titqajjem aktar kuxjenza dwar l-importanza tal-inklussività, tant li huma numri ta’ skejjel u anke postijiet tax-xogħol li ħeġġew lill-istudenti u l-impjegati biex jilbsu kalzetti differenti sabiex iwasslu l-messaġġ ta’ aktar inklussività.
Din id-drawwa qed issir ta’ kull sena madwar id-dinja bil-kampanja tingħata l-isem ta’ Lots of Socks, fejn il-fatt li wieħed jilbes kalzetti differenti u b’ħafna kuluri turi li anke dawk il-persuni li huma differenti huma sbieħ.
F’dan il-jum speċjali wieħed għandu dejjem jiftakar li kulħadd għandu abiltajiet differenti iżda li huma wkoll bżonjużi.