“Se nibqgħu niftakruk għad-dedikazzjoni tiegħek lejn kawża ġusta, għall-qalb twajba li kellek u għat-tbissima sabiħa.”Dan kien il-messaġġ tas-St. John Rescue Corps fuq il-paġna ta’ Facebook fejn esprimew id-dispjaċir tagħhom għat-telfa ta’ waħda minnhom, għat-telfa ta’ Jessica Micallef – it-tfajla ta’ 22 sena residenti r-Rabat li tilfet ħajjitha wara li allegatament qabżet minn vettura misjuqa minn ġuvni ta’ 24 sena.
Spjegaw kif Jessica kienet voluntiera magħhom għal dawn l-aħħar tliet snin u spjegaw kif se tibqa’ dejjem f’qalbhom.