Mhux l-ewwel darba li meta naraw xi film Polizjesk ambjentat fl-Istati Uniti, persuna li tiġi arrestata jew immanettjata mill-Pulizija tinqara lilha lista ta’ drittijiet proċedurali li tgawdi minnhom; bħad-dritt li żżomm siekta u d-dritt ta’ avukat.
Eżatt bħal-lum erba’ snin, daħal fis-seħħ dan id-dritt proċedurali lil persuni suspettati jew akkużati b’reat kriminali f’pajjiżna.
Sa issa minnu gawdew madwar tlett elef persuna.
Il-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici, qal li dan id-dritt kompla jsaħħaħ is-saltna tad-dritt f’Malta.