L-itwal mina fid-dinja se tkun inawgurata llum fl-Iżvizzera wara kważi għoxrin sena ta’ kostruzzjoni.
Il-Gotthard Base Tunnel fiha 57 kilometru u tgħaddi minn taħt l-Alpi Żvizzeri, bejn l-Ewropa ta’ fuq u l-Ewropa t’isfel. Hu maħsub li din il-mina se tibddel il-mod li bih jiġu trasportati affarijiet madwar l-Ewropa u saħansittra madwar id-dinja, għaliex miljuni ta’ trakkijiet issa jistgħu jinqatgħu mit-toroq Ewropej u minflok tintuża ferrovija għat-trasport.
Għat-tnedija tal-mina mistennija jattendu l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, il-President Franċiż Francois Hollande u l-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi.