Illum qed issiru l-elezzjonijiet presidenzjali fir-Russja fejn il-President attwali Vladimir Putin qed jfittex ir-raba’ mandat tiegħu.
Il-vot beda fit-tmienja ta’ filgħaxija tas-Sibt u l-ewwel riżultati ta’ din l-elezzjoni mistennija jitħabbru tard il-Ħadd filgħaxija.
Putin ilhu fit-tmun tar-Russja sa’ mill-elf disa mija disa u disgħin, l-ewwel bħala Prim Ministru imbagħad bħala President. Huwa qed jerġa jtellaq sabiex eventwalment jerġa jmexxi r-Russja għas-sitt snin li ġejjin, u fost dawk fit-tellieqa hemm seba’ kandidati oħra fosthom il-Kommunistà Pavel Grudinin.
Intant l-Kap tal-Opożizzjoni tar-Russja ma’ tħalliex jieħu sehem f’ din l-elezzjoni minħabba allegat kaz ta’ frodi.