Sewwieq ta’ mutur, Mellieħi ta’ 44 sena, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, tilef ħajtu wara li x’aktarx tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu tat-tip Suzuki GSXR fi Triq il-Kosta, direzzjoni lejn St.Andrews.
Il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tat-7.45, dan hekk kif huwa mifhum li l-mutur mad-daqqa mexa għal aktar minn tliet mitt metru.
Il-Pulizija avżat lill-pubbliku li parti mit-triq tinsab magħluqa għat-traffiku u biex tuża toroq alternattivi.
Dwar il-każ infetħet inkjestà mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Buġeja.