Emma Muscat spiċċat fil-quċċata tal-klassifika waqt l-episodju tal-lum tal-programm Taljan Amici. Minkejja li għall-ewwel kien hemm tħassib li mhix se tkun qed tgħamilha mal-ewwel tmienja, Emma mhux talli kklassifikat mal-ewwel tmienja iżda kklassifikat fl-ewwel post.
Mill-voti kollha, Emma kisbet 16.4% tal-voti fejn Emma rringrazzjat lil kull min emmen fiha hekk kif dan hu pass ieħor ta’ suċċess għaliha. Kien bosta persuni, kemm Maltin u kif ukoll Taljani li ferħulha għal din il-kisba u kkummentawlha fuq Facebook kif jemmnu li hi ħaqqha tirbaħ u li għandha talent mill-isbaħ.