Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-iskola nazzjonali għall-arti performattiva u l-viżwal.
Skola li qed tiftaħ bibien ta’ opportunitajiet biex l-istudenti jiżvillupaw l-potenzjal artistiku tagħhom.
L-iskola sekondarja li taqa’ taħt il-kulleġġ San Tumas Moore fetħet il-bibien tagħha f’Settembru li għaddha, fil-bidu tas-sena skolastika l-ġdida.
50 student tas-sekondarja waqt li qegħdin jitgħallmu suġġetti akkademiċi, qed jitħarrġu fuq ħames aspetti ta’ arti differenti: midja, żfin, drama, muzika u arti viżwali.
Sitt xhur wara li bdew jitħarrġu f’din l-iskola, l-istudenti tellgħu spettaklu ta’ arti imżewwaq bil-mużika, żfin u drama.
L-istudenti spjegaw kif qegħdin jiġu l-iskola għal qalbhom hekk kif qegħdin jitgħallmu l-arti u jiżvillupaw t-talenti tagħhom.