Wara tliet xhur li kienu kunsiderevolment aktar xotti min-norma klimatika, fi Frar infetħu bibien issema u sal-aħħar tax-xahar tkejlu 181.4mm ta’ xita.
B’117mm imkejlin matulu, id-disa’ jum tax-xahar tniżżel fir-rekords meteoroloġiċi bħala t-tieni l-aktar jum li fih qatt niżlet xita fi Frar mill-1923.
Dan l-avveniment ta’ xita baqa’ għaddej sas-Sibt u b’konsegwenza ta’ dan tħassru għadd ta’ attivitajiet li kellhom isiru fuq barra għall-Karnival.
L-Uffiċċju Meteoroloġiku rrapporta wkoll tlitt ijiem bir-ragħad, bi tnejn minnhom jesperjenzaw ukoll ħalbiet ta’ silġ.