Żagħżugħ ta’ ħamsa u għoxrin sena mis-Somalja ġie kkundannat sittax-il xahar ħabs wara li ammetta li t-Tlieta li għadda bagħbas u gidem tfajla fuq karozza tal-linja.
Fil-Qorti ntqal li Abdulahi Ahmed Bashir, li jidher kien fis-sakra, allegatament bagħbas lil żagħżugħa Maltija ta’ tnejn u għoxrin sena, u pprova jbusha.
Meta din pruvat timbuttah, jidher li dan gidimha.
Iż-żagħżugħ ammetta l-akkużi, u fid-dawl tal-fatt li l-att seħħ meta kien xurban fil-pubbliku, u meta kellu sentenza sospiża mdendla fuq rasu, il-Maġistrat Joe Mifsud iddikjara li dan għandu jeħel sentenza effettiva ta’ sittax-il xahar.