Ingħatat l-aħħar tislima Christa Formosa. Iż-żagħżugħa ta’ 23 sena mill-Iklin li tilfet il-battalja mal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku kmieni filgħodu fl-10 ta’ Marzu f’Burmarrad.
Il-knisja ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa kienet ippakjata bi qraba u ħbieb ta’ Christa Formosa li onoraw ix-xewqa tal-familja biex ma jilbsux l-iswed għall-funeral. Waqt omelija emozzjonanti, Christa ġiet deskritta bħala tifla taz-zokkor li dejjem kienet lesta biex tgħin lil ħaddieħor.
Tfajla, li kienet meqjusa bħala waħda li kienet sabiħa minn barra daqs kemm kienet sabiħa minn ġewwa u li bit-tbissima tagħha kienet tixgħel pjazza.
Żgur mhux forsi, li Christa se tibqa’ mfakkra fil-qlub ta’ bosta bħala tfajla simpatika, inteliġenti u b’qalb tad-deheb.