Malta kklassifikat fit-22 post fost l-aktar pajjiżi kuntenti fid-dinja, dan skont rapport ġdid maħruġ mill-World Happiness Report. Dan l-istudju, li għalih jieħdu sehem eluf ta’ persuni minn 156 pajjiż minn madwar id-dinja, ħarġet din l-informazzjoni ġdida fejn ikkonfermat żieda fil-kuntentizza.
Malta kklassifikat fit-22 post, qabel pajjiżi bħal Franza, Spanja u l-Italja fost oħrajn. Il-Finlandja kien il-pajjiż li kklassifika fl-ewwel post bħala l-aktar wieħed b’persuni kuntenti, fejn fit-tieni post ikklassifikat in-Norveġja u fit-tielet post insibu lid-Dannimarka.
Dan ir-rapport juri kif Malta kellha żieda ta’ 0.667 punti meta mqabbel mal-istudju li sar bejn l-2008 u l-2010. Dan ifisser li Malta kienet is-16-il pajjiż li esperjenzat l-akbar qabża fil-kuntentizza.
L-aktar tliet pajjiżi li għandhom l-anqas nies kuntenti huma l-Burundi, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali u n-naħa t’Isfel tas-Sudan.