“L-istudenti li jkollhom aspirazzjonijiet għal karrieri sportivi qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet kemm mill-aspetti edukattivi u kemm min dawk soċjali.”
Dan kien il-messaġġ ta’ George Micallef, il-Kap tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’konferenza imtella flimkien mal-Erasmus + biex tindirizza proġett li jgħin t-transizzjoni bejn il-ħajja edukattiva u dik sportiva ta’ studenti atleti Maltin.One News tkellem ma studenti b’aspirazzjonijiet sportivi dwar dak li jgħaddu minnu u kif ukoll x’jixtiequ jaraw aħjar. Sostnew li peress li jrridu jagħmlu l-isport u l-edukazzjoni bħala dual career għandhom timetable stretta ħafna u jridu jsibu bilanċ tajjeb ħafna -affarijiet importanti.
Fost il-ħafna suġġerimenti li ġew diskussa matul din il-konferenza kien enfasiżżat il-bżonn tas-sapport kontinwu li jkollhom bżonn dawn it-tfal kemm mill-entitajiet sportivi u anke minn dawk akkademiċi.
Preżenti ukoll għal din il-konferenza, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima tkellem fuq d-dmir tal-ġenituri li jgħinu lit-tfal tagħhom speċjalment billi ma jfissdux lit-tfal tagħhom u li jevitaw li jitfaw pressjoni zejda fuqhom.