Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista jindirizza avveniment bit-tema ‘Innovative Approaches to Excellence in Regulatory Sciences’, organizzat mill-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini
L-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini organizzat avveniment informattiv ta’ tliet ijiem ma’ TOPRA, l-Organizzazzjoni għall-Professionijist tax-Xjenza Regolatorja, dwar regoralizzazzjoni Ewropea u proċeduri għal mediċini. Professjonisti, membri tal-Awtorita, u memrbi minn TOPRA lkoll kienu preżenti.
70 parteċipant attendaw għal dawn il-laqgħat li ffukaw ukoll fuq żvilupp fil-farmaċewtika u l-kimika, kontroll ta’ operazzjonijeit kliniċi, proċeduri Ewropej u product labelling, hekk kif regoralizzazzjoni tal-ogħla kwalità fix-xjenza qed issir parti essenzjali fil-kura tas-saħħa, tnaqqas ir-riskji u timmassimizza l-effettivita għall-benefiċċju tal-pazjenti.
B’din l-inizjattiva, l-Awtorità dwar il-Mediċini qed timplimenta b’ suċċess miżura tal-Baġit 2018 fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-ġdida, temm jgħid Debattista.