Kos hux?! Toqgħod taħseb…min jaf in-nies fl-imgħoddi ħasbux kif se jinbidlu d-drawwiet, il-karatteristiċi ta’ pajjiżna u l-mod li naħsbu bih maż-żmien.
Huwa ħsieb ukoll preżenti tista’ tgħid għax jekk toqgħod taħseb; min jaf kif għad irid jinbidel iżjed madwarna?!
Il-bniedem jiġi u jmur u warajh iħalli l-marka tiegħu; jista’ jkun b’xi monument, ġrajja jew tradizzjoni.
U għalhekk huwa sabiħ li ngħożżu dak li għandna għax irridu niftakru li l-ħajja hija ċiklu u ż-żmien itir.
Ritratt li juri Triq il-Gendus li kienet msejħa Strada Toro f’Bormla juri ammont ta’ nies jitkellmu barra u tfal jilgħabu. Illum il-mument huwa mod ieħor; it-tfal ma jilgħabux barra iżda jilgħabu b’mod solitarju għax it-teknoloġija rebħet. Ma jfissirx li huwa ħażin għal kollox għax fejn hemm bilanċ, hemm l-hena.
L-iskop huwa li nfakkru l-passat b’mod nostalġiku u nsellmu lil ta’ qabilna. Min jaf…għad isellmu lilna wkoll.