Is-soru Annie Demerjian, magħrufa fil-ħidma umanitarja u anke sieħba fil-proġett tal-Aid to the Church in Need u li anke taħdem ma’ tim ta’ voluntiera fil-gwerra tas-Sirja, se żżur Malta din il-ġimgħa.
Dan se jsir bħala parti mill-programm li titqajjem kuxjenza dwar is-sitwazzjoni preżenti fis-Sirja fejn anke mistennija żżur skejjel u diversi parroċċi.
Il-qofol tal-viżta tagħha se tkun taħdita pubblika fil-knisja tal-Bon Pastur f’Ħal Balzan nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu fejn is-soru Demerjian se taqsam l-esperjenzi li għaddiet minnhom f’Aleppo u f’Damasku.