Zack Meli ta’ 24 sena minn tal-Ibraġġ tilef ħajtu traġikament wara li għall-ħabta tas-sitta u nofs tal-Ħadd filgħodu kien involut f’argument li seħħ fi Triq Santu Wistin biswit it-taraġ ta’ Santa Rita li jieħdok lejn Paceville.
Il-Pulizija tinsab f’kuntatt ukoll ma’ xhud ewlenija li rat il-każ iseħħ quddiem għajnejha. Xhud li konsegwenza ta’ dak li rat sofriet minn qatgħa kbira.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni fejn qed tinvestiga filmati tal-kameras tas-sigurtà li kien hemm fil-madwar ta’ fejn seħħ il-każ.
Intant iż-żagħżugħ Bulgaru ta’ 19-il sena li kien qed jinżamm mill-Pulizija issa nħeles mill-arrest fuq police bail.