Erba’ vetturi ġarrbu ħsarat – uħud minnhom estensivi, minħabba nirien li nħakmu matul il-lejl fi Triq San Vinċenz fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ minuti wara nofsillejl għall-ħabta tal-kwarta, meta karozza tat-tip Daihatsu ħadet in-nar.
Il-fjamma nfirxet għal fuq vann tat-tip Ford Transit li għal xi raġuni niżel tul it-triq u spiċċa fi Triq Ħal Qormi.
Dan wassal biex saru ħsarat fuq żewġ vetturi oħra tat-tip Vauxhall u Daihatsu li kienu pparkjati fl-istess triq.
Il-vann baqa’ dieħel f’ħanut fit-triq li saritlu ħsara estensiva fil-faċċata.
Fuq il-post hemm esperti tal-Qorti bħala parti mill-investigazzjoni li għaddejja dwar dan il-każ.
Għadu mhux magħruf jekk in-nirien kinux inċident jew tqabbdu apposta minn xi ħadd.