@Valletta2018 brings our capital city together. One big #festa. Never happened before! @deodebattista pic.twitter.com/AiEyxhibjA
— Owen Bonnici (@OwenBonnici) March 6, 2018
Just launched a major Valletta 2018 event this morning with my colleagues. Il-Festa l-Kbira has given the opportunity to locsl band clubs and festa enthusiasts in our Capital to leave their mark on the European Capital of Culture brand! @OwenBonnici @Valletta2018 pic.twitter.com/MzQXYgZkdz
— Deo Debattista (@deodebattista) March 6, 2018
San Pawl, Santu Wistin, San Duminku u l-Madonna tal-Karmnu se jkunu fl-istess festa; Il-Festa l-Kbira fis-7 ta’ April li ġej.
Illum ġiet imnehdija Il-Festa l-Kbira fejn qed tingħata l-opportunità lill-baned tal-kapitali kif ukoll il-festi li jiġu ċċelebrati fiha biex iħallu l-marka tagħhom fis-sena li Valletta għandha t-titlu tal-Kapitali Ewropea.
Dan ġie mħabbar fi Pjazza San Ġorġ fejn intqal li l-festi kollha ser jinqghaqdu flimkien f’festa waħda bejn is-6 u 7 t’ April. Festa Kbira li ser twassal biex l-erba’ festi prinċipali tal-Belt; dik ta’ San Pawl, Santu Wistin, San Duminku u tal-Karmnu ser jiġu ċċelebrati internament u b’mod estern fil-parroċċi rispettivi tagħhom.
Din il-festa ser tiġi fi tmiema permezz ta’ attività fejn ser jingħaqdu l-erba’ festi fi Pjazza San Ġorġ.
Intant fis-7 ta’ April, bi qbil mal-klabbs u ma’ Sports Malta, ser issir ir-Regatta li s-soltu ssir f’ Jum il-Ħelsien