Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej faħħar lill-Gvern Malti u l-partit membru tal-PES: il-Partit Laburista għad-deċiżjoni tagħhom biex ibaxxu l-età tal-vot għal 16 għall-elezzjonijiet parlamentari u Ewropej.
Il-president tal-PES Sergei Stanishev qal:
“Jien kuntent li l-Gvern ta’ Malta, immexxi minn Joseph Muscat, qed ikompli jmexxi aġenda b’saħħitha u progressiva. It-tnaqqis tal-età tal-vot għal 16 tikkompleta r-riformi demokratiċi importanti mibdija mill-Partit Laburista meta ż-żgħażagħ bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali; li tissodisfa wegħda li saret waqt il-kampanja elettorali.
Il-proposta għaddiet unanimament mill-Parlament Malti l-bieraħ 5 ta’ Marzu 2018, wara kunsens bejn il-partiti. Huwa pajjiż ieħor biss tal-UE (l-Awstrija)li s’issa naqqas l-età tal-votazzjoni għal 16.