L-Awtorità tal-Ippjanar kompliet bl-azzjoni ta’ Infurzar fil-fabbrika l-antika mibnija f’żona barra mil-limitu tal-iżvilupp fl-Imrieħel, hekk kif fis-16 ta’ Frar li għadda, l-Qorti ċaħdet il-Mandat ta’ Inibizzjoni. Malli jitneħħew l-affarijiet kollha li hemm fl-istruttura, l-Awtorita’ tal-Ippjanar ser tipproċedi għall-fażi finali fejn ser jitwaqqa l-bini.
Din il-binja kienet isservi bħala fabbrika tal-injam fis-snin 80.
F’Jannar illi għadda, l-Awtorita’ tal-Ippjanar għamlet Azzjoni ta’ Infurzar f’din il-binja fejn instabu numru ta’ annimali fosthom aktar minn tlett mitt tajr fosthom tiġieġ u pappagalli li kienu fi stat ta’ saħħa ħażina. Bħalissa dan it-tajr qigħed taħt il-ħarsien tal-veterinarji li qed jagħtuhom l-aqwa kura possibbli.
L-istess sorsi qalu li l-Awtorità tal-Ippjanar hija impenjata li tara li tiġi esegwita n-notifika ta’ nfurzar bil-għan li l-art tiġi lura għall-istat oriġinali tagħha; dik ta’ art agrikola. L-Awtorità tal-ippjanar qed tagħmel din l-azzjoni b’kollaborazzjoni mal-Awtorità tal-ambjent u r-riżorsi, il-wasteserve kif ukoll il-pulizija.
Ara wkoll: http://www.one.com.mt/2018/01/17/il-pa-bazzjoni-ta-infurzar-fuq-fabbrika-antika-fodz/