Il-Gvern se jkun qed iħarrax il-liġijiet u s-sentenzi fuq vjolenza li ssir fl-iskejjel u f’postijiet fejn ikun hemm tfal taħt l-età.
F’kumment fuq Facebook, il-Ministru għall-Edukazzjoni kiteb kif ir-responsabbiltà tal-adulti hi li jġibu eżempju lit-tfal u ż-żgħażagħ u mhux bil-kontra, filwaqt li l-adulti għandhom dmir li dawk kollha li jkunu fi skola jkunu siguri, mingħajr ma jinbnew fortizzi tal-azzar.Dan fid-dawl tal-każ riċenti fejn Kap ta’ Skola fil-Birgu ġiet aggredita minn nanna ta’ student li jattendi l-istess skola. L-istess mara, li għandha 47 sena tressqet il-Qorti fejn ngħatat multa ta’ €4,000 wara li ammettiet li għamlet żball.
Artiklu fil-ġurnal The Times, spjega kif il-Gvern mistenni jintroduċi aktar liġijiet u sententi ħorox f’postijiet fejn ikun hemm it-tfal preżenti fejn qed jiġi kkunsidrat ukoll li l-istess liġijiet japplikaw għal avvenimenti, faċilitajiet kulturali u sportivi u kif ukoll parks.