Illum se tkun qed tintlagħab logħba ferm importanti għat-tim nazzjonali tal-waterpolo ta’ pajjiżna kontra l-Belarus. Logħba li jekk Malta jirnexxielha tirbaħha, tgħaddi għall-kampjonat Ewropew li se jsir f’Barċellona fi Spanja. Għal din il-logħoba saħansitra mistenni li jattendu għaliha l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
ONE News tkellem mal-kowċ tat-tim nazzjonali, Karz Izzo, dwar l-istennija għal din il-logħba fejn qal li t-tim jinsab ippreparat u lest biex jilgħab kontra l-Belarus. Spjega li t-tim hu mgħarraf sew dwar dak li mistenni jsib waqt il-logħba u jafu li dan hu impenn importanti ħafna għal pajjiżna.
Temm billi qalilna li hu jinsab kunfidenti u li t-tim se jkun qed jagħmel dak kollu possibbli biex jikseb riżultat pożittiv.