Louis Attard ta’ sitta u ħamsin li kien immexxi d-Dipartiment tal-Accounts fl-Enemalta, instab ħati li kien qed jisraq id-dawl permezz tal-meter li għandu fir-residenza tiegħu fil-Mosta. Huwa ġie kkundanata sentenza ta’ erbatax-il xahar ħabs u ordnat iħallas mija u erbgħin ewro f’kumpens lill-kumpanija Enemalta.
Il-meter twaħħal fi Frar tal-elfejn u ħdax, waqt li nbidel fl-elfejn u erbatax. It-tibdil fil-meter sar min Anthony Mifsud, qarib ta’ Attard.
Fil-Qorti ngħad li l-arloġġ ta’ Attard kien qed jaqra inqas min-nofs tal-konsum.