Jidher li għal xi raġuni jew oħra, żebgħa bajda spiċċat fl-art bil-konsegwenza li ħammġet sew triq li għadha kemm saret mill-ġdid.
S’issa għadha mhix magħrufa r-raġuni għaliex iż-żebgħa spiċċat fl-art.
Fuq il-mezzi tal-midja soċjali, is-sindku ta’ Raħal Ġdid Dominic Grima, ikkundanna dan l-aġir irresponsabbli.
Jidher iżda li l-kumpanija nvoluta ħadet azzjoni immedjata u nadfet it-triq għall-istat oriġinali kif sabuha.