Filmat li ttella’ fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tal-Gvern fl-ewwel jum ta’ xahar ġdid, juri l-ħidma li saret fix-xahar ta’ Frar li għadu kif intemm.
Ewlenin fost il-proġetti msemmija hemm l-investiment ta’ €100 milun u l-ħolqien ta’ 300 impjieg ġdid minn Crane Currency.
Tissemma wkoll il-liġi approvata fil-Parlament li se tara l-introduzzjoni ta’ skrutinju Parlamentari għal persuni li jkunu se jservu f’karigi pubbliċi. Pass ieħor favur it-trasparenza u l-governanza tajba bil-provi.
Jissemma l-iffirmar ta’ letter of intent ma’ tliet kumpaniji internazzjonali li jipproduċu l-kannabis mediċinali, u l-investiment ta’ €100 milun biex titjieb il-kwalità tal-ilma f’Malta.
Dawn huma biss ftit mill-proġetti li dan il-Gvern qed iwettaq bil-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.