L-Isptar Mater Dei avża fuq Facebook li hawn bżonn urġenti ta’ demm tat-tip O Positive.
Id-demm jista’ jingħata fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum bejn it-08:00 u s-18:00, fil-binja biswit il-Knisja tas-Salib Imqaddes f’Ħaż-Żabbar, u fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Huwa importanti li min jagħti d-demm, jieħu miegħu l-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malta.
L-Isptar Mater Dei appella biex kull min jagħti d-demm iħeġġeġ lill-qraba, ħbieb u kollegi biex huma wkoll jagħtu d-demm, bil-għan li l-istess Sptar ikompli jwettaq interventi b’suċċess fit-teatri tal-operazzjonijiet tiegħu.