Bħalissa għaddej ir-restawr fuq il-Knisja tal-Ġiżwiti li hemm fil-Belt Valletta.
Il-Ministru Owen Bonnici żar ix-xogħlijiet li bħalissa jinsabu fl-ewwel fażi tagħhom, hekk kif qed jiġi restawrat is-saqaf, inkluż il-bażi tal-koppla, it-tmien kuppletti u d-deffun. Huwa ppjanat li sal-V18 jitlesta r-restawr fuq il-faċċata tal-Knisja. Wara titlesta l-faċċata tal-bitħa interna u xogħol ta’ restawr mal-binja biswit l-istess Knisja, jiġifieri fl-Università antika. Se jiġu restawrati wkoll partijiet mill-Università antika li tinsab biswit l-istess Knisja.
Ir-restawr mistenni jiswa mal-€4 miljun ewro bil-proġett ikun iffinanzjat mill-fondi nazzjonali.