Roddy Williams, ir-raġel mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ martu wara li żammha ostaġġ fil-blat fil-Kalkara reġa’ ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Id-deċiżjoni ttieħdet ftit jiem wara li Natalie Williams tat ix-xhieda tagħha fil-qorti.
Fix-xhieda tagħha hija ddeskriviet kif inżammet f’għar fil-Kalkara, maqbuda bħall-ġurdien. Hija spjegat kif inżammet fil-kesħa filwaqt li ġiet stuprata diversi drabi.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qieset li l-akkużat ma ta l-ebda garanzija li ser iżomm il-bogħod mill-vittma u l-familja tagħha.