Mark Stuart Jones ta’ 50 sena mill-Mosta; xufier tal-Arriva kien fix-xatt tal-Pietà fl-jum tal-14 ta’ Settembru 2013, meta f’daqqa waħda laqat lil Edith Farrugia ta’ 66 sena. L-inċident seħħ ftit ‘il fuq mid-dar tal-anzjani, direzzjoni tal-Imsida. Hu ngħata sentenza ta’ sena u nofs ħabs sospiżi għal tliet snin.
Dan wara li l-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri tenna li l-anzjana ma kellhiex tort fl-inċident.
Il-mara mietet kawża ta’ emoraġija u ksur tal-iskutella ta’ rasha. Jones qal li dakinhar waqt li waqaf fuq bust stop u beda jaqla’ bil-mod sema’ bumm, ħares lejn il-mera u ra xi ħadd jaqa’ mal-art.
Minħabba dan, Jones kellu l-liċenzji tas-sewqan sospiżi għal sena fejn anke kien ordnat iħallas l-ispejjeż tal-esperti.