Il-Ministru Evarist Bartolo provda rendikont ta’ kemm iktar persuni ta’ ‘l fuq minn 45 sena daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin.
Fil-Parlament, il-Ministru Bartolo ippreżenta informazzjoni li għandha l-Jobsplus. Mhux talli kien hemm żieda f’dawn l-aħħar ħames snin, talli ż-żieda minn sena għal sena hija sostanzjali. Bejn Ġunju 2016 u sena qabel, iż-żieda kienet ta’ xejn inqas minn 395 persuna.