Il-Partit Laburista llejla fakkar b’quddiesa fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Luċija, it-98 sena mit-twaqqif tiegħu.
Fl-omelija tiegħu, il-predikatur qal li partit politiku għandu jħares ‘il quddiem b’ottiżmu u dejjem jara li ssir ġustizzja soċjali.
Għall-quddiesa attendew il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ bosta deputati u uffiċjali tal-Partit Laburista.